Jn 15:18-21 -- You do not belong to the world, because my choice withdrew you from the world - M’int
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 5 IN EASTERTIDE Evanġelju M’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja. Ġw 15, 18-21 Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:18] "Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. [Ġw:15:19] Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m'intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. [Ġw:15:20] Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. [Ġw:15:21] Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f'ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .