Lk 13:1-9 -- Repent or Perish - Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda

Lk 13:1-9 -- Repent or Perish - Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 3 OF LENT 'Unless you repent you will all perish as they did' - Evanġelju Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda Lq 13, 1-9 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F'dak iż-żmien [Lq:13:1] ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b'dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. [Lq:13:2] U Ġesù qabad u qalilhom: "Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? [Lq:13:3] Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. [Lq:13:4] Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa' t-torri ta' Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta' Ġerusalemm ? [Lq:13:5] Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda". [Lq:13:6] U qalilhom din il-parabbola: "Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx. [Lq:13:7] Għalhekk qal lil dak li kien jaħdimlu l-għalqa: "Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f'din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha. Mela aqlagħha, għax għalfejn se tibqa' tkidd l-art?". [Lq:13:8] Iżda dak wieġbu: "Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha d-demel. [Lq:13:9] Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu FROM -    • LUMO-GOSPEL OF LUKE CHAPTER 13:1-21   - LUMO-GOSPEL OF LUKE CHAPTER 13:1-21 .