Jn 15:12-17 -- What I command you is to love one another - Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħ ...
FRIDAY GOSPEL IN WEEK 5 OF EASTERTIDE AUGUST 13 - evening vigil and August 14 - MORNING MASS Proper Gospel for the FEAST OF St MAXIMILLIAN KOLBE, Priest, Martyr Evanġelju Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin. Ġw 15, 12-17 Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:12] "Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. [Ġw:15:13] Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. [Ġw:15:14] Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. [Ġw:15:15] Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. [Ġw:15:16] Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kulma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom. [Ġw:15:17] Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu ===================================== • O.F.M. Conv. – San Massimiljan Marija Kolbe, presbiteru u martri - Festa (aħmar) 14 ta' Awwissu filgħodu - Mill-ODRDNI - għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, tal-Liturġija tas-Sigħat u Aġenda Ekkleżjastika Mill-Martiroloġju Ruman Rajmond Kolbe twieled fis-7 ta’ Jannar 1894 qrib Lodz, fil-Polonja, daħal fl-Ordni tal-Franġiskani Minuri Konventwali u ħa l-isem ta’ Massimiljanu Marija. Studja f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata. Ġie ordnat saċerdot, u reġa’ lura l-Polonja, u waqqaf il- Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani ta’ Marija Immakulata. Imbagħad, wara xi żmien f’Nagasaki, il-Ġappun, għamel appostolat permezz ta’ programm bir-radju li kien jinstema’ fil-Polonja kollha. Fl-1941 il-Gestapo arrestawh u ħaduh f’Auschwitz, fejn offra ruħu minflok missier ta’ familja kkundannat għall-mewt. Fl- 14 ta’ Awwissu 1941 tawh injezzjoni velenuża u miet. Ġie kkanonizzat millpapa Ġwann Pawlu II fl-1982. ,